Ningħaqdu,
niġġeddu
u nirnexxu
.

Il-wegħda
tiegħi.

Merħba


Pajjiżna qiegħed isejħilna.

Partit Nazzjonalista b’saħħtu huwa l-aqwa għodda biex noffru futur aħjar għal pajjiżna. Ningħaqdu billi nagħrfu li għandna bżonn is-sehem ta’ kulħadd. Niġġeddu billi nibnu partit modern u organizzat. Dan hu għaliex qed noffri s-servizz tiegħi għas-snin li ġejjin, biex nerġgħu flimkien nagħmlu lill-Partit Nazzjonalista l-għodda tajba li jixraqlu pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista għandu żmien sabiħ quddiemu. Is-sehem tiegħek huwa kruċjali biex ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu.

Involvi ruħek.

Il-Partit Nazzjonalista jista’ jerġa’ jsir partit rebbieħ billi ningħaqdu flimkien. Il-Partit Nazzjonalista jrid ikun wieħed fejn kulħadd ikollu sehem siewi u apprezzat. Kulħadd hu importanti.

Nistiednek biex int ukoll tagħti s-sehem tiegħek fil-kampanja tal-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kun parti minn din il-bidla, biex flimkien ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu.